Restrizzjonijiet fit-toroq, fil-baħar u fl-ajru waqt il-Valletta Summit

L-Awtoritajiet u l-Kummissarju tal-Pulizija qed javżaw fuq restrizzjonijiet li se jidħlu fis-seħħ kemm fuq il-vetturi, l-opri tal-baħar u l-avjazzjoni.
Ir-restrizzjonijiet fit-toroq ġew ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern tal-lum 10 ta' Novembru, fl-Avviż 165.
Fl-Avviż numru 166, il-Pulizija kkonfermaw il-lista tal-Avviż numru 158 tat-toroq f'lokalitajiet oħra li se jiġu kklassifikati bħala tow zones matul il-ġranet tal-Valletta Summit.
Bis-saħħa tal-Artikolu 52 tal-Ordinanza dwar ir-Regolament tat-Traffiku, il-Kummissarju tal-Pulizija jgħarraf illi l-vetturi tas-sewqan ma jkunux jistgħu jgħaddu mit-toroq imsemmija hawn taħt fid-data u l-ħinijiet indikati.
 
Il-Belt Valletta
Nhar l-Erbgħa, 11 ta’ Novembru, 2015 mis-2.00 p.m. sal-11.00 p.m. minn Triq Ġlormu Cassar kantuniera mal-Monument tal-Gwerra, it-taraġ ta’ maġenb il-Parlament minn Pjazza Teatru Rjal sa Triq Il-Papa Piju V, Triq Nofsinhar kantuniera ma’ Triq Zakkarija, Triq l-Ordinanza kantuniera ma’ Pjazza de Valette, Triq il-Merkanti kantuniera ma’ Triq Melita, Triq San Pawl kantuniera ma’ Triq Melita, Triq Sant Ursola kantuniera ma’ Triq il-Batterija.
Il-Ġnien tal-Barrakka ta’ Fuq, inkluż il-lift, u l-Pjazza Kastilja, se jkunu magħluqa matul il-ġurnata kollha.
 
Nhar l-Erbgħa, 11 ta’ Novembru, 2015 mis-2.00 p.m. sa kmieni filgħodu tal-Ġimgħa, 13 ta’ Novembru, 2015 u/jew sa tmiem il-konferenza minn Xatt Lascaris kantuniera ma’ Telgħet il-Kurċifiss, Xatt il-Barrieri kantuniera ma’ Telgħet Ta’ Liesse, Triq il-Mediterran kantuniera ma’ Triq San Nikola, Triq il-Lvant kantuniera ma’ Triq San Kristofru, Triq San Pawl kantuniera ma’ Triq San Duminku, Triq San Duminku kantuniera ma’ Triq il-Lvant, Triq Sant’ Ursola kantuniera ma’ Triq San Nikola, Triq San Pawl kantuniera ma’ Triq San Nikola, Triq il-Merkanti kantuniera ma’ Triq l-Isptar, Triq il-Merkanti kantuniera ma’ Triq it-Tramuntana, Triq ir-Repubblika kantuniera ma’ Triq l-Ixprun, Triq San Bastjan kantuniera ma’ Triq ir-Repubblika, Triq San Bastjan kantuniera ma’ Triq l-Ixprun, Triq San Bastjan kantuniera ma’ Triq l-Ifran, Triq San Bastjan kantuniera ma’ Triq il-Punent.
Il-Ġnien tal-Barrakka ta’ Isfel se jkun magħluq matul id-dati t’hawn fuq il-ġurnata kollha.
 
Il-Floriana
Nhar it-Tlieta, 10 ta’ Novembru, 2015 mill-5.00 a.m. sa nofsillejl tal-Ġimgħa, 13 ta’ Novembru, 2015 minn Pjazza Hannibal Scicluna kantuniera ma’ Triq l-Assedju l-Kbir, Triq Vincenzo Dimech kantuniera ma’ Pjazza Kalcidonius Agius u Triq il-Bieb tal-Polverista kantuniera ma’ Triq Antonio Maurizio Valperga. Vetturi li jinstabu jiksru l-ordni ta’ dan l-avviż ikunu soġġetti li jiġu rmunkati.
 
Id-Dipartiment tal-Informazzjoni ħareġ ukoll avviż fuq restrizzjonijiet maritime restriction zones u maritime exclusion zones madwar il-kosta.
Il-martitime exclusion zone hija magħmula mill-port tal-Belt u l-inħawi qrib.
Mhux possibbli navigazzjoni jew tranżitu fiż-żona mill-Erbgħa 11 ta’ Novembru mill-5.15 p.m. u s-6.30 p.m. u bejn id-9.30 p.m. u l-11 p.m.
Il-Ħamis bejn is-7.30 a.m. u l-9.45 a.m. u bejn is-12.45 p.m. u s-2 p.m. Il-maritime restriction zones hija magħmula minn Marsamxett u l-żona ‘l barra mill-Ponta ta’ San Ġorġ.
Kull attività marittima jew ta’ navigazzjoni se tkun ristretta fl-inħawi u l-opri tal-baħar fiż-żoni jridu jkunu fuq il-VHF kanal numru 16 u jobdu l-instruzzjonijiet mogħtija mill-Awtoritajiet.
Ir-restrizzjonijiet f’dawn l-inħaw jibdew il-Ġimgħa mis-7 p.m.
Tħabbru wkoll resirizzjonijiet fuq id-drones kemm rikreattivi u kummerċjali kif ukoll ukoll titjriet minn ajruplani żgħar privati jew tal-flight instructors.
Dawn mhux se jkunu permessi sa nhar il-Ġimgħa f’nofsinhar.