Restorant ġdid tal-BURGER KING® fil-PAMA Shopping Village

Fil-PAMA Shopping Village tal-Mosta għadu kemm fetaħ restorant ġdid tal-BURGER KING®. Il-klijenti tal-BURGER KING® issa għandhom post ġdid fejn jistgħu jgawdu ikla tajba bl-aqwa valur.
“Sodisfatti ħafna bil-ftuħ ta’ dan ir-restorant il-ġdid tagħna li permezz tiegħu qed inkomplu nespandu l-marka BURGER KING® fis-suq tagħna. Dan hu s-sitt restorant tagħna f’Malta. Bħala Grupp Farsons, nibqgħu impenjati bis-sħiħ u se nkomplu ninvestu fis-settur tal-ikel – kemm f’restoranti ta’ servizz pront kif ukoll fl-importazzjoni tal-ikel – flimkien man-negozju tagħna tax-xorb,” qal Norman Aquilina, Kap Eżekuttiv tal-Grupp Farsons.
Ir-restorant tal-Mosta jesa’ 100 klijent bilqiegħda u għandu post fuq ġewwa fejn jilagħbu t-tfal. Se jkun hemm ukoll post fejn wieħed jiekol fuq barra u parkeġġ kbir. L-aġġornament fid-disinn tar-restorant tal-marka BURGER KING® jilqgħek u jolqot l-għajn. It-tiżjin ta’ ġewwa jikkonsisti f’materjali naturali, b’kuluri jgħajtu, li joħolqu ambjent aktar komdu, kif ukoll fi dwal li jikkumplimentaw id-disinn. Il-marka tal-BURGER KING® hi espressa bl-aqwa mod bi grafika partikolari, iffukata fuq l-ikel, u b’varjetà ta’ għażliet komdi fejn tpoġġi.