Restawrat l-eqdem torri f’Għawdex

L-eqdem torri fix-Xlendi se jkunu qed isirulu xogħlijiet ta’ restawr u konservazzjoni. Se jitwaqqaf ukoll ċentru għall-interpretazzjoni u informazzjoni għat-turisti.
Dan il-proġett hu stmat li se jiswa €355,371 u nkisbu €284,000 f’fondi mill-Unjoni Ewropea.
Il-ġimgħa li għaddiet is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia ppreżenta lill-Kunsill Lokali tal-Munxar ittra ta’ konferma għal dan il-proġett.
It-torri se jkun qed jassorbi l-enerġija mix-xemx permezz tal-pannelli fotovoltajiċi sabiex jgħin fil-konservazzjoni tal-ambjent.