Restawr tal-knisja antika ta’ Wied il-Għajn; jinbnew mill-ġdid il-kampnari

DOI - Anthony Sultana

Il-knisja l-antika ta’ Wied il-Għajn sarilha restawr estensiv u kellha partijiet nieqsa li kienu qed jikkawżaw problemi strutturali u ż-żewġ kampnari kellhom jinbnew mill-ġdid.

Il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici qal li siti storiċi u l-wirt ta’ Malta għandhom ikunu restawrati biex terġa’ tingħatalhom il-glorja li jistħoqqilhom.

Bonnici kien qed jitkellem fl-okkażjoni tat-tlestija tar-restawr tal-knisja li kienet tinsab fi stat ta’ deterjorazzjoni avvanzata.

L-istqarrija tispjega li dan il-proġett ta’ restawr dam sejjer tmien xhur u bbenefika mill-iskema tax-xogħol ta’ restawr għall-Kunsilli Lokali.