Aġġornata: Persuni salvati minn residenza taqbad f’Birkirkara

Nar żviluppa f’appartament f’Birkirkara.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li r-residenza tinsab fi Triq Domenico Cachia.
In-nies li kienu fir-residenza sfaw maqbuda ġewwa għal xi ħin, madanakollu dawn ġew evakwati minn Pulizija li waslu fuq il-post u telgħu biex jagħtu l-ewwel għajnuna. 
Fuq il-post marru Membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw in-nirien.
Ambulanza ssejħet ukoll fuq il-post biex tagħti l-assistenza medika lill-persuni li kienu ġewwa minħabba d-dħaħen li kienu esposti għalihom.
Fl-akwati inġema' t-traffiku u paniku għal xi ħin hekk kif it-triq kienet magħluqa.
Mill-ewwel indikazzjoni jidher li n-nar kien ikkawżat minn heater.
Ritratt: Arkivji