Residenza oħra għal tfal u żgħażagħ li għaddejjin minn problemi

Infetħet residenza ġdida fil-Ħamrun li se tkun qed titmexxa mill-Aġenzija Appoġġ biex tilqa’ adoloxxenti ta’ bejn l-10 u t-18-il sena. 
Il-Ministru għad-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon qal li dawn it-tfal ikunu għaddew minn xi trawma f’ħajjithom u allura jkollhom bżonn kenn u rutina ta’ kuljum.
Spjega li din toffrilhom tranżizzjoni għal għajxien indipendenti. 
Il-Ministru Falzon semma kif f’xi uħud mir-residenzi jgħixu fihom l-aħwa, fejn qal instab li jservi iktar ta’ ġid jekk l-aħwa jibqgħu jgħixu flimkien.
Ritratt: DOI – Kevin Abela