Residenti ta’ Swieqi u Tal-Ibraġ ma jistgħux jorqdu minħabba t-tunnel – Cassola

Facebook

Read in English.

Il-kandidat Indipendenti Arnold Cassola kiteb ittra lill-Ombudman sabiex jespriemi t-tħassib ta’ bosta familji residenti s-Swieqi u Tal-Ibraġ li ilhom 15-il lejl ma jistgħux jorqdu sew minħabba x-xogħol li qed isir fuq it-tunnel.

Cassola semma li l-familji affettwati qed jgħixu fi Triq Sant Andru, Triq Tal-Ibraġ, Triq il-Ġogi u Triq il-Miżura fost oħrajn. Hu spjega li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tħaffer mina minn Pembroke għal Ta’ Qali. Sostna li filwaqt għall-kuntrarju ta’ mini oħrajn, din il-mina hija neċessarja, ix-xogħol qed isir 24 siegħa kuljum. Tant li bosta resident ilhom ġimgħatejn ma jorqdu sew.

Cassola staqsa lill-Ombudsman jekk l-awtoritajiet jistgħux jieħdu xi azzjoni biex ix-xogħol ma jsirx matul il-lejl. Hu talab lill-Korporazzjoni sabiex tiġiha ħniena mill-familji u tieqaf tħaffer matul il-lejl.