Residenti f’Ħ’Attard b’appell lill-pubbliku

Grupp ta’ residenti minn Ħ’Attard qed jitolbu lill-pubbliku jissottometti oġġezzjonijiet kontra l-applikazzjoni PA/10617/17, li se twassal biex art verġni tinbidel f’ħames sulari.
Ir-residenti qajmu d-dubji tagħhom hekk kif fi kliemhom ma sar l-ebda studju meta din iż-żona ġiet inkluża fiż-żona tal-iżvilupp riċentament.
Huma qed jitolbu li qabel isir l-iżvilupp għandu jkun hemm numru ta’ studji komprensivi, fuq l-impatt soċjali, l-impatt fuq it-traffiku, l-impatt ambjentali, l-impatt fuq il-flora u l-fawna fiż-żona u l-impatt fuq l-agrikoltura.
Il-perjodu tal-oġġezzjonijiet hu miftuħ sas-16 ta’ Frar.
Ir-residenti argumentaw ukoll li f’każ li se jiġi approvat bini f’din l-art verġni allura l-għoli m’għandux ikun iktar minn dak tal-bini eżistenti.
Newsbook.com.mt kien diġà rrapporta kif il-propost żvilupp qed iqajjem rabja fost ir-residenti.