Residenti barranin se jirċievu l-voucher ukoll

Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Gvern fi stqarrija qal li dawk ir-residenti li isimhom u l-indirizz tagħhom huwa r-reġistrat fuq id-database ta’ Identity Malta se jirċievu l-voucher ta’ €100. Il-Gvern ikkjarifika wkoll li, ma’ dawn l-indirizzi, hemm ukoll lista aġġornata ta’ detenturi ta’ residence documents u qal li dawn il-persuni wkoll se jirċievu l-€100 voucher li l-gvern se jkun qed iqassam fil-jiem li ġejjin. 

Il-vouchers se jitqassmu mill-kumpanija Maltapost fl-indirizzi indikati fir-Reġistru Elettorali u fid-database ta’ Identity Malta.

Il-Gvern qal li dan kien il-mod kif jista’ jistabilixxi sistema sigura tat-tqassim peress li l-voucher jirrappreżenta flus (mhux ċekk) li jistgħu jintefqu direttament fl-istabbilimenti li jikkwalifikaw ta’ pajjiżna.

Jidher li l-Gvern biddel il-ħsieb hekk kif fl-aħħar ġranet, għadd ta’ residenti barranin li jgħixu f’Malta kienu sorpriżi li ma ġewx inklużi fil-miżuri. Persuna minnhom qal li uffiċjali tal-Gvern qalulu li se jkunu japplikaw biss għal ċittadini Maltin.