Priġunier jgħid li kien aggredit minn gwardjan tal-ħabs

Il-Pulizija qed tinvestiga rapport minn resident fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li allegatament ġie aggredit minn gwardjan tal-ħabs.
L-allegazzjonijiet dwar l-aggresssjoni fuq ir-resident fil-ħabs saru llum mir-resident stess u anke mill-familjari tiegħu.
Fi stqarrija mill-Faċilità Korretiva ta' Kordin intqal li l-awtoritajiet tal-ħabs għamlu rapport lill-Pulizija u kienet appuntata inkjesta maġisterjali biex tistabbilixxi l-fatti.