Imut resident fil-ħabs ta’ Kordin

Raġel ta’ 26 sena residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin instab mitluf minn sensih fiċ-ċella tiegħu.  Huwa ngħata l-ewwel għajnuna fuq il-post u ssejħet ambulanza li ħadet biex jittieħed l-isptar. Huwa miet fi triqtu lejn l-isptar

Il-pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni tagħha u nfetħet inkjesta maġisterjali kif ukoll investigazzjoni interna dwar dan il-każ.