Żagħżugħ fiċ-ċentru ta’ Ħal Far jitlef ħajtu dalgħodu

Aġġornat 05:54 PM
Miguela Xuereb

Read in English.

Resident fiċ-ċentru magħluq ta’ Ħal Far tilef ħajtu dalgħodu fl-isptar Mater Dei wara li ddaħħal ferut.

Il-Gvern fi stqarrija ħabbar din l-imwiet u qal li l-immigrant Sudaniż prova jaħrab u waqa’ minn ċint żgħir (reċint). L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5am.

Kelliema għall-Ministeru għall-Intern qalet lil Newsbook.com.mt li ż-żgħażugħ kellu 19-il sena u kien ilu minn Ġunju jinżamm f’dan iċ-ċentru.

Il-Ministeru għall-Intern qal li r-raġel ngħata assistenza medika mill-infermiera taċ-ċentru sakemm waslet l-ambulanza u ttieħed lejn l-isptar. Huwa ġie ċċertifikat mejjet għall-ħabta tal-11:15 ta’ filgħodu. Il-Maġistrat tal-Għassa Marsianne Farrugia qed tmexxi inkjesta sabiex tistabbilixxi l-fatti marbuta ma’ dan il-każ.