Resident fiċ-ċentru miftuħ akkużat b’serq

Raġel residenti fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far ċaħad l-akkużi miġjuba kontrieh li seraq diversi oġġetti minn residenza f’Birżebbuġa.
Ir-raġel, li hu minn Tripli, ġie akkużat li fl-10 ta’ Settembru seraq kompjuter, arloġġi, kameras u ġojjellerija b’valur totali ta’ €2,300. Kien akkużat ukoll li għamel ħsarat ta’ madwar €250 meta daħal fil-proprjetà minn tieqa u li kien riċediv.
Ma saret ebda talba għall-ħelsien mill-arrest peress li hu diġà qed jinżamm arrestat fuq akkużi oħra.