Repubblika tagħti 24 siegħa ċans lill-PBS biex jirrimedja n-nuqqas ta’ rappurtaġġ

repubblika-robert-aquilina-reforming-malta-parliament-alessandra-dee-crespo-vicki-ann-cremona
Ritratt: Miguela Xuereb

Read in English.

L-għaqda Repubblika tat 24 siegħa ċans lill-PBS biex jirrimedja n-nuqqas ta’ rapputaġġ dwar il-proposti li huma ressqu għar-riforma tal-Parlament. Huma qalu li jekk ma tittiħidx azzjoni se jkunu qegħdin iressqu ilment mal-Awtorita tax-Xandir.

F’ittra mibgħuta lil Kap tal-Aħbarijiet tal-PBS, Norma Saliba l-Għaqda tat spejgat li l-PBS ma rrappurtax il-proposti li ġew ippubblikati minnhom filwaqt li kmamar oħra tal-aħbarijiet għamlu dan. Żiedu li għalkemm jifhmu li kull stazzjon għandu d-deskrizzjoni tiegħu dwar x’inhu aħbar ta’ valur u le, il-maġġoranza tal-kmamar tal-aħbarijiet irrapurtaw dawn il-proposti. L-għaqda żiedet dawn ir-rapporti li saru inkluż ta’ Newsboook.com.mt bħala prova ta’ dan.

L-għaqda saħqet li minbarra li r-rapport ta’ Repubblika għandu valur tal-aħbar, l-istazzjon nazzjonali għandu r-responsabbilità li jagħti attenzjoni lill-ilħna tas-soċjetà dwar ir-riformi istituzzjonali. Huma fakkru f’dak li qalet il-kummissjoni Venezja li Malta għandha tagħti każ iktar is-soċjetà ċivili.

Huma fakkru wkoll il-kliem taċ-chariperson tal-PBS li qal li l-missjoni tal-PBS għandha tkun lill hinn mill-politika u dan għandu jirrifletti l-identità u r-realtà tal-poplu. Repubblika kkritikaw dan u qalu li għall-PBS jekk xi ħaġa ma tkunx intqalet mill-politiċi mela m’għandhix valur biex tinstema’ fuq l-istazzjonijiet nazzjonali.

Temmew li l-PBS għandu l-obbligu li jirraporta x’inhi tgħid is-soċjetà ċivili dwar ir-riformi għall-istituzzjonijiet demokratiċi ta’ Malta u jipprovdu spazju għal dibattitu kostruttiv dwar dak li qiegħed jiġi propost.