Daphne onorata f’Jum il-Mara

Strixxun tpoġġa minn Repubblika bħala protesta kontra l-Gvern għax ma nkludiex lil Daphne fost 12-il mara

daphne caruana galizia repubblika

Read in English.

L-għaqdiet Repubblika u Occupy Justice llum fakkru l-memorja tal-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia f’Jum il-Mara. Fi Pjazza Tritoni, l-għaqda poġġiet strixxuni bir-ritratt ta’ Daphne ħdejn il-kliem ‘Invicta’.

Kelliema għaż-żewġ għaqdiet, Marion Pace Asciak qalet li l-qtil ta’ Daphne ma kienx femiċidju iżda qtil politiku. Hi qalet li Daphne rebħet fuq kulħadd, fuq il-koruzzjoni u għalhekk l-uniku waħda li għandha tissejjaħ ‘Invicta’.

Repubblika għamlet din l-attività bi protesta kontra d-deċiżjoni tal-Gvern li jagħti prominenza lil 12-il mara li ddistingwew ruħhom fis-soċjetà Maltija u lill hinn.

“Filwaqt li ma rridu nnaqsu xejn minn dak dovut lil dawn it-12-il persuna li tagħhom ittellgħu l-posters hawnhekk, nistgħu ngħidu b’konvinzjoni li filwaqt li dawn għamlu isem fil-qasam speċifiku tagħhom, Daphne ddominat ix-xena ġurnalistika, politika u soċjali fis-sens wiesgħa tal-kelma.

“Għalhekk jekk tassew irridu nfakkru n-nisa li taw sehem kbir għall-ġid ta’ pajjiżna ma jistax ikun li Daphne Carauna Galizia ma tkunx waħda minnhom. Hija tat demmha u ħajjitha stess biex aħna nkunu nistgħu ngħixu f’soċjetà aħjar.”