Renzi jirreżenja mill-PD u joħloq partit ġdid

L-ex Prim Ministru Taljan Matteo Renzi rreżenja mill-Partit li sa ftit xhur ilu kien kap tiegħu – il-Partit Demokratiku.

Is-senatur ħabbar li se joħloq partit għalih biex jikkonċentra fuq il-ġlieda tiegħu kontra l-kap tal-Lega Matteo Salvini.

Huwa qal li ddeċieda li jitlaq lil PD u jibni ma’ oħrajn dar ġdida biex jagħmel politika differenti.

Dan qed iseħħ ftit aktar minn ġimgħa wara li l-PD immexxija minn Nicola Zingaretti fforma Gvern mal-Partit Cinque Stella taħt il-Prim Ministru Giuseppe Conte.