“Rennie qatt ma gerger” – martu

Rennie Vella

Bħal-lum 4 snin ilu, nhar l-10 ta’ Jannar tal-2017, kien ħalliena l-preżenttur ferm maħbub Rennie Vella fl-età ta’ 55 sena.

Il-mara tiegħu Paulanne, ukoll wiċċ magħruf fuq it-televiżjoni, llum fakkret il-memorja tiegħu.

“Kont naf lil Rennie mill-età ta’ 17. Kont miegħu u wliedu wkoll imma fuq kollox il-Mulej kien miegħu. Rennie qatt ma gerger, qatt ma beka’, qatt ma qal għaliex jien. Huwa kien jaf li l-Mulej se jieħdu f’idejh u jġorr l-imħabba tiegħi fil-bqija tat-triq,” kitbet hi waqt li saħqet li l-unika raġuni għalfejn dalgħodu qasmet dan il-messaġġ biex toffri wens għax dawk li ħallewna ma kienux waħedhom għax kienu mal-Mulej biex jeħodhom fil-kumplament tat-triq.

Paulanne talbet biex illum, min qed jaqra, jipprova jsib ħin biex ukoll jgħid talba.

My dear husband died 4 years ago. I knew Rennie from the age of 17. I was with him and his children too but most of all…

Posted by Paulanne Vella on Saturday, January 9, 2021

Rennie Vella mhux biss kien jippreżenta għadd ta’ programmi li twasslu fuq stazzjonijiet bħal Max Plus, Net u One, iżda wkoll kien kantant u anki attur.

Hu u martu Paulanne kellhom żewġ ulied, Luke u Claire.

L-aħħar programm li rajnieh jippreżenta kien Better Living flimkien ma’ martu Paulanne fuq l-istazzjon One.

Rennie Vella bla dubju jibqa’ mfakkar għat-tbissima, kariżma u karattru pożittiv li kellu u li dejjem qasam mas-segwaċi tiegħu.

Strieħ fis-sliem.