Renju Unit: Tarbija ta’ erba’ xhur tispiċċa l-isptar minħabba ġlieda f’pub

Ritratt: Arkivji

Tarbija ta’ erba’ xhur kellha tittieħed l-isptar wara li ntilfet minn sensiha wara ġlieda bejn żewġt irġiel f’pub f’Plymouth, fir-Renju Unit.

L-inċident seħħ il-Ħadd għall-ħabta tas-2pm fejn is-Servizzi tal-Emerġenza flimkien mal-Pulizija ssejħu fuq il-post wara li anzjan ta’ 70 sena ġie mbuttat waqt ġlieda u waqa’ fuq mara li kienet qed iżżomm it-tarbija.

Hu mifhum li t-tarbija ntilfet minn sensiha wara li rasha ħabtet mal-mejda kawża ta’ din il-ġlieda.

It-tarbija ttieħdet l-isptar għall-kura fejn fortunatament ġiet ċertifikata li sofriet minn ġrieħi ħfief.

Il-Pulizija qalet li s’issa ħadd ma ġie arrestat b’rabta ma’ dan il-każ.