Renju Unit: L-ewwel trapjant b’organi ta’ tarbija tat-twelid

Fir-Renju Unit sar l-ewwel trapjant b'organi ta’ tarbija tat-twelid.
Wara li waqfet qalb tarbija tifla ta’ sitt ijiem, il-ġenituri qablu mat-tobba li jagħtu l-organi tagħha.
Fil-fatt ingħataw il-kliewi u ċ-ċelloli tal-fwied tat-tarbija lil żewġ persuni.
L-operazzjoni kienet diffiċli u delikata, għax f’dan l-istadju tal-ħajja l-kliewi jkunu kbar ħames ċentimetri biss.
It-tobba ddeskrivew dan il-ġest mill-ġenituri tat-tarbija bħala ‘att ta’ ġenerożità straordinarja.”