Renju Unit: L-aktar lejl kiesaħ fi tliet snin

Fir-Renju Unit, illejla prevista li tkun kesħa kbira hekk kif it-temperatura mistennija tinżel għall-15-il grad selsjus taħt iż-żero. 
B’temperaturi daqstant baxxi, il-lejl li ġej ser ikun l-iktar wieħed kiesaħ minn Frar tal-2012 meta dakinhar, it-temperatura kważi niżlet sa 16-il grad selsjus taħt iż-żero.
Dawn il-kundizzjonijiet wasslu biex tal-inqas żewġ titjiriet ma tħallewx jinżlu fl-Ajruport ta’ Manchester.
L-awtoritajiet ikkonċernati wissew biex kemm jista’ jkun ma jsirux vjaġġi fit-toroq hekk kif fi ftit ħin ġew irrapurtati għadd kbir ta’ inċidenti. 
Dawn it-temperaturi mistennija li jkomplu jippersistu sal-Ħamis filgħaxija. 
L-għaqda Age UK, tkellmet dwar l-importanza li l-anzjani jingħataw attenzjoni partikolari hekk kif qed jiġi stmat li kawża tal-kesħa, hemm ir-riskju li kull seba’ minuti tista’ tmut persuna.