Renju Unit: Jiżdied il-bejgħ tal-ikel u x-xorb

Fl-Ingilterra, il-bejgħ tal-ikel u x-xorb matul Lulju żdied b’1.1% fuq ix-xahar ta’ Ġunju minħabba t-temp xitwi u b’hekk żdiedet it-tama li l-ekonomija tirkupra.

Stħarriġ maħruġ mill-Uffiċċju tal-Istatistika fl-Ingilterra juri li ż-żieda kienet akbar minn dik mistennija u għalhekk il-bejgħ fir-Renju Unit żdied bi 3% meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena li għaddiet, b’din ir-rata tkun l-ogħla qatt irreġistrata sa minn Jannar ta’ sentejn ilu.

Ekonomisti sostnew li l-ammont ta’ bejgħ juri titjib fis-sentimenti tal-konsumaturi, bil-bejgħ jiġi deskritt bħala diċenti.

Ir-raġuni li ngħatat kienet is-sħana li ħakmet ir-Renju Unit matul Lulju filwaqt li ntqal ukoll li fir-Renju Unit qed ikun reġistrat titjieb fil-bejgħ u allura anke fl-ekonomija.

Dan hekk kif ftit tal-jiem ilu, figuri uffiċjali urew ukoll tnaqqis ta’ 4,000 fil-qgħad fl-Ingilterra.