Renju Unit: Il-brokkoli jgħin kontra l-artrite

L-artirite hija problema komuni ħafna fost dawk il-persuni ta’ ċertu eta’ u dejjem qed issir iktar komuni. F’Malta stess l-artirite hija problema komuni ħafna, speċjalment minħabba l-livelli t’umdità.

Tobba fir-Renju Unit issa sabu li jekk wieħed jiekol ammont mdaqqas ta’ brokkoli, ikun qed jgħin biex inaqqas l-artrite, saħansitra bil-possibiltà li din tiġi kważi eliminata għal kollox.

Tobba fl-Università ta’ East Anglia se jibdew jagħmlu testijiet fuq il-persuni, dan wara li t-testijiet fil-laboratorju kienu suċċess. L-esperimenti fuq il-persuni se jinkludu li jittieklu ċertu ammont ta’ brokkoli kuljum.