Renju Unit: Aktar bejgħ minħabba l-heatwave

Fl-aħħar seba’ snin il-bejgħ mill-ħwienet fir-Renju Unit irreġistra l-akbar tkabbir f’Lulju li għadda.

Dan minħabba s-sħana eċċessiva matul l-istess xahar.

Meta mqabbel mas-sena li għaddiet il-bejgħ żdied bi 2.2%, hekk kif kien hemm iktar bejgħ fil-malji, sandlijiet, krema protettiva, birra u ikel tal-barbikju.