Remissa mibdula ‘f’ħanut’ tad-droga

Remissa nbidlet b’ħanut minn fejn kienet qed tinbiegħ l-eroina u l-kokaina.
Il-Pulizija waslet għal dan wara tfittxija li saret ġo blokka ta’ garaxxijiet li tinsab fi Triq il-Ġerrejja, il-Marsa.
Waqt din it-tfittxija, il-pulixija mill-iskawdra ta’ kontra d-droga bl-għajnuna tar-Rapid Intervention Unit, sabu 22 pakkett bi trab abjad x’aktarx kokaina u 47 pakkett eroina.
Instabu wkoll flus kontanti u anke affarijiet relatati mad-droga. 
Waqt dan ir-rejd, il-Pulizija arrestat raġel minn ġo remissa li minnha kien qiegħed ibiegħ id-droga kokaina u eroina.
Wara diversi ġimghat ta’ osservazzjoni, matul dan il-lejl, membri mill-iskwadra ta’ kontra d-Droga assistiti mir-Rapid Intervention Unit għamlu tfittxija ġo blokka ta’ garaxxijiet li tinsab fi Triq il-Gerrejja, il-Marsa. 
L-investigazzjonijiet fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.