Relikwa ta’ San Ġorġ Martri f’Għawdex u f’Ħal Qormi

Għall-ewwel darba f’Għawdex, minn Venezja l-Italja se tinġieb ir-relikwa insinji tad-driegħ ta’ San Ġorġ Martri, fl-okkażjoni tal-festa tal-qaddis.
Jaħbat ukoll 175-il anniversarju tal-ewwel statwa titulari fil-gżira.
L-Isqof t’Għawdex Mario Grech se jkun qed imexxi Velja Ekumenika Solenni waqt din iż-żjara.
Ir-relikwa se tkun fil-gżejjer Maltin bejn l-14 u l-20 ta’ Lulju, u se żżur ir-Rotunda tax-Xewkija, l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, kunventi reliġjużi u djar tal-morda u l-anzjani, filwaqt li tkun esposta fil-Bażilika ta’ San Ġorġ, fil-knejjes ta’ San Franġisk, tar-Ragħaj it-Tajjeb u Santu Wistin.
Malli għada tasal f'Malta, ir-relikwa se tmur mill-ewwel fil-Parroċċa ta' San Ġorġ Martri f'Ħal Qormi.  
Fil-jumejn li se tkun Ħal Qormi, se jiġu organizatti diversi attivitajiet fosthom pellegrinaġġi mat-toroq ta' Ħal Qormi, quddies u velji ta' talb.  
F'Ħal Qormi, ir-relikwa ta' San Ġorġ Martri se tkun għall-qima fil-knisja Arċipretali ddedikata lill-istess qaddis.