Relikwa misjuba fiż-żibel ngħatat lill-Katidral ta’ Westminster

relic
Relic with bone of St Clement I

Read in English.

Għadma tal-Papa San Klement I li nstabet minn kumpanija li tiddisponi miż-żibel ngħatat lill-Katidral ta’ Westminster fl-Ingilterra biex tinżamm kif inhu xieraq.

Ir-relikwa li tinsab f’kaxxa tad-deheb bi sfond aħmar instabet mill-kumpanija “Enviro Waste” is-sena li għaddiet waqt xogħol ta’ rutina.  Sid il-kumpanija, James Rubin, beda jfittex dar ġdida għal din ir-relikwa u eventwalment aċċetta li jagħtiha lill-Katidral wara li l-Viċi Chairman tal-Kumitat tal-Patrimonju tal-Konferenza Episkopali Ingliża, għamlitlu dan is-suġġeriment.

Il-proprjetarju oriġinali tal-relikwa, li ddeċieda li jibqa’ anonimu qal li r-relikwa kienet insterqet mill-karozza tiegħu imma aċċetta li din tingħata lill-Katidral ta’ Westminster.