Relazzjonijiet mafjużi bejn Malta u Katanja – ġurnalist Taljan

Il-ġurnalist veteran Sqalli Luciano Mirone kiteb dwar Malta f’blogg Taljan fejn qabbel ir-relazzjonijiet mafjużi ta’ Katanja ma’ dawn Maltin.
Luciano Mirone qal li “Malta hi t-tiġieġa bil-bajd tad-deheb fejn l-attività illeċita ssir legali maġikament.”
Huwa qal hekk f’blogg regolari li għandu fuq gazzetta Talajna fejn għamel diversi osservazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-mafja, kemm f’Katanja kif ukoll f’Malta.
It-Taljan ikompli fuq li kitbet il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia dwar l- attività illeċita li ssir bejn il-Libja u l-Italja u jagħmel ukoll referenza għal Malta bħala pont ewlieni għal ħafna organizzazzjonijiet fil-Mediterran fejn “l-epiċentru tagħhom huwa l-iżgħar gżira fl-Unjoni Ewropea”.
Jistaqsi jekk il-Cosa Nostra (il-mafja Sqallija) hiex qed toqgħod siekta mingħajr ma tidħol “f’dan il-baħar ta’ flus maħmuġa li qed jiġu ppurifikati grazzi għal-liġijiet Maltin”.
Mirone jsemmi wkoll il-każ ta’ meta l-Ingilterra ordnat li Malta tiġi mneħħija mil- "lista s-sewda" tal-pajjiżi illegali tal-Unjoni Ewropea, u b’hekk saret "żona ħielsa" fejn kollox huwa possibbli li jsir.
Jkompli jikteb u jiddeskrivi lil Malta bħala l-pajjiż fejn ħadd ma jinvestiga u jgħid li fl-aħħar sentejn splodew sitt karozzi, bl-ewwel ħamsa destinati għal ċertu organizzazzjonijiet “maħmuġa” u l-aħħar kienet għal Daphne Caruana Galizia.
Tista’ taqra l-artiklu sħiħ tal-ġurnalist Taljan fuq La Repubblica.
Ritratt: ​Luciano Mirone