Rekord t’alka riżultat tal-maltemp

Kawża tal-maltemp bl-irjiħat li laqtu lil Malta x-xitwa li għaddiet, din is-sena kellna rekord t’alka li qatt esperjenza pajjiżna f’dawn l-aħħar snin.
Wara l-maltempata kbira li laqtet lil Malta f’Ottubru 2016, l-alka kollha minn fuq il-bajjiet kienet tnaddfet u tneħħew iktar minn 177 tunnellata ta’ skart. Skont stqarrija maħruġa mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, l-isforzi kolla li saru “prattikament ma swew għal xejn.” Sostna li anke operaturi li ilhom joperaw fuq dawn il-bajjiet għal għexieren ta’ snin qatt ma ltaqgħu ma’ din is-sitwazzjoni.
Minħabba f’hekk, id-Direttorat tat-Tindif fi ħdan il-Ministeru qed ikollu jikri hydraulic excavator, li permezz tiegħu tkun tista’ tittella’ l-alka mill-baħar. Ladarba tkun imxarrba, l-alka titħalla fil-post biex toqtor u ma tkunx ta’ periklu għas-sewwieqa meta din tinġarr fit-trakkijiet biex tintrema.
Ritratti: MTI