Rekord ta’ suċċessi fil-Kampjonati għall-Akkademja Topspin

Topspin Table Tennis Academy tinsab sodisfatta bit-titli miksuba fil-Kampjonati Nazzjonali għaż-Żgħar.
Dan hekk kif irnexxielha tikseb rekord ta' suċċessi fil-kategoriji tal-Under 11, l-Under 13, l-Under 15, l-Under 18 kif ukoll l-Under 21.
L-Akkademja tixtieq tifraħ lill-istudenti kollha li pparteċipaw fil-Kampjonati u taw prestazzjoni mill-aqwa. B'mod speċjali, l-Akkademja tixtieq tifraħ lill-istudenti li kisbu r-riżultati li ġejjin:
U11 Doubles: Luke Fenech u Matthew Cassar, fit-tieni post
U11 Subien: Matthew Cassar, fit-tieni post
U13 Bniet: Anthea Cutajar, fl-ewwel post
U15 Mixed Doubles: Anthea Cutajar u Conrad Puli, fl-ewwel post
U15 Bniet: May Zahra, fl-ewwel post
U15 Bniet: Anthea Cutajar, fit-tieni post
U18 Mixed Doubles: May Zahra u James Vella Vidale, fl-ewwel post
U18 Mixed Doubles: Nicole Cutajar u Clayton Montanaro, fit-tieni post
U18 Bniet: May Zahra, fl-ewwel post
U18 Bniet: Anthea Cutajar, fit-tieni post
U18 Doubles Plate tas-subien: Emerson Mifsud u Matthew Attard, fit-tieni post
U21 Bniet: May Zahra, fit-tieni post
U21 Plate tas-subien: Clayton Montanaro, fit-tieni post
U21 Doubles Plate tas-subien: Emerson Mifsud u Matthew Attard, fit-tieni post
U21 Mixed Doubles: Nicole Cutajar u Jurgen Sammut, fit-tieni post
Il-Kampjonati Nazzjonali għaż-Żgħar kienu organizzati mill-Assoċjazzjoni Maltija tat-Table Tennis (MTTA) bejn l-1 u 3 ta’ April.
Apparti dan, biex tissokta fil-ħidma tagħha, l-Akkademja ngħatat sponsorjar mingħand id-Direttur tal-kumpanija Contact Advisory Services Ltd, Alan Alden. Alden, li jmexxi t-tournaments tal-Akkademja u hu kkwalifikat bħala empire internazzjonali, ilu tliet snin jissapportja finanzjarjament lill-Akkademja Topspin.
Barra minn hekk, l-Akkademja tixtieq tfakkar li għal sena oħra, se tkun qed tiftaħ il-bibien tagħha għall-iskola sajf u se tkun qed tilqa' studenti ta' kull età, subien u bniet.
Għal iktar dettalji, wieħed jista’ jikkuntattja lill-Kowċ Edward Baldacchino fuq 99470278.