Il-Kap tas-servizz tas-Saħħa tar-Renju Unit ħabbar li jinsab “lura fl-eqqel tal-maltempata”, hekk kif in-numru ta’ pazjenti li qed jiġu kkurati għall-COVID-19 fl-isptarijiet tal-Ingilterra qabżu l-ammont rekord ta’ każi li kien hemm f’April.
Ċifri mill-NHS tar-Renju Unit indikaw li kien hemm 20,426 pazjent li kienu qed jiġu ttrattati fl-isptarijiet ilbieraħ. Fit-12 ta’ April kien hemm 18,974 pazjent fl-isptarijiet.
Nhar it-Tnejn ir-Renju Unit rrappurtat 41,385 każ ġdid ta’ COVID-19, ċifra rekord ta’ każijiet. Dan ikompli jżid mal-problemi fir-Renju Unit hekk kif il-varjant qed ikompi jinfirex malajr.
Yvonne Doyle, Direttur Mediku fil-Public Health England qalet, “il-livell għoli ħafna ta’ infezzjoni huwa ta’ tħassib fi żmien meta l-isptarijiet tagħna huma fl-aktar sitwazzjoni vulnerabbli.”