Rekord ta’ passiġġieri fl-MIA f’Lulju

F’Lulju li għadda, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ra rekord ta’ passiġġieri b’471,210 passiġġier.  Dan ifisser żieda ta’ 5.8% fuq is-sena ta’ qabel.

L-ikbar żieda fit-turisti kienet irreġistrata mis-suq Taljan, Spanjol u Ġermaniż.

L-ikbar suq, dak tar-Renju Unit rreġistra żieda żgħira ta’ 0.5%

Iż-żieda fl-għadd  ta’ passiġġieri f’dan il-perjodu, kienet primarjament dovuta għaż-żieda ta’ 7.7% u 9% fin-numru titjiriet u fis-seat capacity rispettivament.