Rekord ta’ persuni f’Malta ħadu t-tilqima tal-influwenza. Fuq il-paġna tal-Ministeru tas-Saħħa fuq Facebook ġie rappurtat li 157,000 persuna ħadu t-tilqima kontra l-imxija tal-influwenza.
Dan huwa numru rekord ta’ persuni li ħadu t-tilqima tal-influwenza. Is-sena l-oħra tlaqqmu mad-90,000 persuna. Aktar kmieni din is-sena, il-Ministru tas-Saħħa Dr Chris Fearne qal li mistennija jitlaqqmu mal-250,000 persuna.
Din it-tilqima tinsab disponibbli miċ-Ċentri tas-Saħħa kollha madwar Malta u Għawdex. Mis-7 ta’ Diċembru t-tilqima tal-influwenza bdiet tingħata lil kulħadd.
Iċ-ċentri tas-saħħa huma miftuħin mit-8am sas-7pm. Min imur biex jieħu t-tilqima, għandu jieħu miegħu l-karta tal-identità.
Int ħadtha t-tilqima?
Ikkumenta hawn taħt jew ibagħtilna fuq info@newsbook.com.mt
Aktar dettalji
Mil-lum tista’ titlaqqam kontra l-influwenza