Rekord ta’ każijiet tal-Covid-19 f’ġurnata minn meta bdiet il-pandemija

Anxiety-and-COVID-19

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) irrappurtat rekord ta’ każijiet f’ġurnata minn meta bdiet il-pandemija.

Dan għaliex illum ġew irrappurtati 338,779 każ ġdid tal-coronavirus madwar id-dinja. L-imwiet żdiedu b’5,514-il mewta biex issa t-total huwa ta’ 1.05 miljun.

Fost l-aktar pajjiżi li rreġistraw każijiet illum, kien hemm l-Indja bi 78,524 każ ġdid, il-Brażil b’41,906 każijiet ġodda u l-Istati Uniti bi 38,904 każijiet ġodda.

Ir-rekord ta’ qabel dan kien intlaħaq fit-2 t’Ottubru u kien ta’ 330,340 każ ġdid. Ir-rekord ta’ mwiet intlaħaq fis-17 t’April b’total ta’ 12,393 mewta.

Malta kellha għadd sostanzjali ta’ każijiet ġodda llum, b’64 wara t-68 tal-bieraħ. L-għadd ta’ persuni li tħabbar li fiequ llum kien ta’ 19-il persuna.