Rekord ta’ 600 pizza delivery f’Malta fl-istess ħin

Dan l-aħħar Pizza Hut Malta ġiet fdata minn Endorphina Inc. biex tqassam madwar 600 pizza sħan u friski, fi kważi 200 post differenti madwar Malta għall-ikla ta’ nofsinhar. Din kienet l-akbar ordni li twasslet fl-aħħar 25 sena. Il-ħames restoranti tal-Pizza Hut madwar il-pajjiż kollu ħadmu flimkien b’mod konġunt.
Endorphina Inc., kumpanija Ċeka tal-logħob elettroniku, kienet qed tiċċelebra l-kisba tal-liċenzja mill-Awtorità Maltija tal-Logħob, u xtaqet twassal din l-aħbar mal-operaturi kollha ta’ din l-industrija lokali. Biex twassal il-messaġġ tagħha, il-kaxex kollha tal-Pizza Hut ġew iddisinjati apposta għall-okkażjoni bil-logo ta’ Endorphina u tal-Pizza Hut, u fuqhom kien hemm il-messaġġ: “We’ve got our MGA! Let’s Celebrate… Pizzas on us!”.
Nathalie Xuereb Saydon, il-Franchise Manager ta’ Pizza Hut Malta, qalet li, “L-organizzazzjoni u t-twassil tal-pizez sħan u friski fil-postijiet kollha kienet sfida, imma fl-istess ħin esperjenza sabiħa għalina li konna parti minnha. Kien ta’ unur għalina li kkollaborajna ma’ kumpanija esterna biex ngħinuha twettaq il-pjanijiet tagħha, u kburin li Endorphina fdatna b’dan il-proġett”.