Rekord nazzjonali tal-akbar ballun dekorattiv tal-Milied

L-Għaqda Mużikali San Leonardu qiegħed jimmira li jikser ir-rekord nazzjonlai tal-akbar ballun dekorattiv tal-Milied b’ċirkonferenza ta’ 6 metri magħmlu minn 14,000 werqa, kollu magħmul minn materjal riċiklat. 

L-attivitajiet se jibdew mil-lejla fis-7pm.

Membri tal-Malta Rekords se jkunu qegħdin jeżaminaw dan ir-rekord filwaqt li jippreżentaw iċ-ċertifikat finali l-Ħadd 8 ta’ Dicembru fil-Pjazza ta’ Ħal Kirko fl-10.30am.

Dan l-avveniment huwa parti minn attivitajiet li qed jittellgħu f’Ħal Kirkop f’okkażjoni tal-festi tal-Milied.