Rekord nazzjonali ġdid tal-għawm għal Sasha Gatt

Sasha Gatt ikkompetiet fil-għawm ġewwa Gyor fl-Ungerija u stabilixxiet Rekord Nazzjonali ġdid fl-itwal tellieqa. Fl-400m freestyle Gatt irneixxielha wkoll tikser rekord fi Grupp Ċ tal-Etajiet b’ħin ta’ 04:28,46. Ir-rekord kien diġà f’idha u kienet kisbitu f’Ġunju tas-sena l-oħra ġewwa l-Bulgarija.

Waqt it-28 Sveti Nikola Meet li sar fis-Serbja f’Diċembru, inkisru dawn ir-rekords:

  • Michaela Portelli kisret ir-rekord ta’ Grupp B skont l-Età fil-100m Butterfly.
  • Caine Schembri kiser ir-rekord ta’ Grupp A tal-età tiegħu fil-50m Breaststroke.
  • Sophia Allen kisret ir-rekord ta’ Grupp A tal-età tagħha fil-50m Butterfly.

Waqt l-14 Cycle Assessment Meet li sar f’Budapest inkisru dawn ir-rekords:

  • Andre Camilleri kiser ir-rekord fl-1500m Freestyle fi Grupp C tal-età tiegħu. Camilleri rnexxielu wkoll jikser ir-rekord tal-400m Freestyle tal-istess Grupp.