Rekord għat-tim nazzjonali Malti tad-drifting

Drifters

It-Tim Nazzjonali tad-drifting – Team Maximum Lock, kiseb numru rekord ta’ wirjiet ta’ sewqan preċiż din is-sena.
It-tim, magħmul minn Christian Bezzina, Clint Abela u Mark Galea mistenni jagħti numru rekord ta’ wirjiet madwar l-Ewropa flimkien mal-aqwa stunt drivers fid-dinja.
Ix-xahar id-dieħel, it-tim Malti se jtella’ spettaklu ta’ sewqan bi preċiżjoni u stunts fiċ-ċirkwit ta’ Santa Pod fl-Ingilterra. Din l-attività hija ferm mistennija għaliex jibda propju l-kampjonat tad-Drag Racing tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-karozzi l-FIA.
Fil-ġimgħat wara dan l-avveniment, it-tim Malti mistenni li jagħti aktar wirjiet fl-Ingilterra.  
It-tim jista’ jiġi segwit waqt l-avventuri tiegħu mis-sit uffiċjali.