Rekord għall-Papa Franġisku – 6 miljun jattendu għall-quddiesa f’Manila

Rekord ta’ aktar minn 6,000,000 persuna attendew il-quddiesa tal-Papa Franġisku fil-Filippini. 
Permezz ta’ din il-quddiesa, l-Papa ġab fi tmiemu l-pellegrinaġġ ta’ ħamest’ijiem f’dan il-pajjiż.
Din iċ-ċifra kisret ir-rekord tal-Papa Gwanni Pawlu II li f’Manila wkoll, kien kiseb rekord ta’ 5,000,000.  Dan seħħ eżatt 20 sena ilu fil-Jum Dinji taż-Żgħazagħ.
Il-kelliem għall-Vatikan, Federico Lombardi qal li ċ-ċifra ta’ dawk preżenti għall-quddiesa ta’ llum aktarx li tkun qrib is-7,000,000.