​Rekord għal Messi fl-Ewropa u aktar logħob

Lionel Messi bid-doppjetta tiegħu kontra Ajax, sar l-aktar plejer li skurja f’kompetizzjoni Ewropea daqs Raúl González, b’71 gowl.
Flimkien ma’ Barcelona, Bayern Munich, Paris Saint-Germain (PSG) u Porto għamluha għall-grupp tal-aħħar sittax.
Bayern u Porto għelbu lil Roma u Athletic Bilbao bl-iskor ta’ 2-0, filwaqt li PSGgħelbu lil APOEL bl-iskor ta’ 1-0.
Illejla tkompli l-Europa League b’24 logħba, nofshom se jintlagħbu fis-7pm u nofshom fid-9:05pm.
Fis-7pm fost l-oħrajn, it-tim Franċiż ta’ St-Étienne jilqgħu lit-Taljani ta’ Inter, HJK jilqgħu għandhom lil Torino u Asteras jilqgħu għandhom lil Tottenham.
Aktar tard filgħaxija, il-konfront bejn il-ġirien Sparta Praha u Slovan Bratislava, Napoli jilqgħu lil Young Boys, Fiorentina f’darhom jilagħbu kontra PAOK u Everton jilqgħu lil LOSC.