Read in English.
L-awtoritajiet tas-saħħa irrapurtaw 218 każ ġdid ta’ Covid-19 nhar it-Tnejn, l-akbar numru qatt irrapurtat minn Malta fi spazju ta’ jum wieħed.
In-numru ta’ każi attivi tela’ għal 1,937 hekk kif l-awtoritajiet irrapurtaw ukoll li fiequ 111 pazjent.
Dan il-każi nstabu permezz ta’ 3,557 swab test: s’issa saru 343,290 minn dawn it-testijiet f’Malta.
S’issa kien hemm 6,400 każ magħruf ta’ Covid-19 f’Malta. Filwaqt li fiequ 4,397 pazjent, il-pandemija kkawżat 64 mewt.
Aktar minn mitt każ sporadiku ilbieraħ
Skont l-aħħar aġġornament, il-contact tracing ġab rizultati biss fi 38 mill-140 każ li ġie rrapurtat ilbieraħ.
B’hekk 102 każ – 73% tat-total – huma meqjusa bħala sporadiċi, li jindika rata għolja ta’ trażmissjoni tal-coronavirus fil-komunità.
Mil-bqija, 12-il każ kienu ta’ kollegi ta’ każi magħrufa, filwaqt li 11 kienu qraba u 8 kienu kuntatti diretti oħrajn.
Kien hemm ukoll 5 li rriżultaw pożitivi għall-Covid-19 minħabba attivitajiet soċjali, filwaqt li 2 każ kienu impurtati minn barra.