Filmat: Reklam li żgur iqabbiżlek demgħa!

Meta wieħed isemmi films li jqanqlu emozzjoni dritt jiġuk f'moħħok films bħal Titanic u Watership Down, li swew mijiet ta' miljuni ta' ewro.

Iżda reklam ġdid ta' kumpanija tal-mowbajl jaħrathom hekk kif fi tliet minuti ħalla l-istess effett, u ħafna jkunu dawk li taqbżilhom demgħa malli jarawh. 

Ir-reklam jibda b'tifel żgħir li jinqabad jisraq minn spiżerija minn sidt il-ħanut, meta mar jisraq il-mediċina għal ommu.

F'dak il-mument, sid ta' kafetterija, li kien fil-qrib irnexxielu jikkalma s-sitwazzjoni meta ħallas il-mediċina lill-ispiżjara hu stess, u ta l-mediċina flimkien ma' xi ikel lit-tifel, li mill-ewwel ħarab jiġri. 

Ir-reklam jgħaddi għal 30 sena wara meta sid il-kafetterija spiċċa f'qiegħ ta' sodda l-isptar u t-tifla tiegħu kella taffaċċja kont mediku ta' £15,500.

Irriżulta li t-tabib li kien responsabbli biex isalva lill-missierha huwa l-istess tifel li seraq mill-ispiżerija, u biex ipatti lura ta' dak li sar miegħu, ħafer il-kont.

Ir-reklam jispiċċa bil-messaġġ: "Li tagħti hija l-aqwa komunikazzjoni".

Fuq YouTube, dan ir-reklam diġà rawh aktar minn 3.5 miljun persuna, u għandu aktar minn 40,000 like.