Rejd ieħor fuq Gaża…jinqatlu żewġ Palestinjani

Żewġ Palestinjani nqatlu f’Gaża waqt attakk bil-lejl ta’ Iżrael.  B’hekk tela’ għal 2,122 l-għadd tal-vittmi Palestinjani minn meta fit-8 ta’ Lulju li għadda bdiet il-gwerra bejn il-Ħamas u Iżrael. 
Kelliem għall-armata Iżraeljana kkonferma li qabel nofsillejl saru 16-il attakk u li mal-jum il-ġdid ma ġie sparat l-ebda rokit mill-Istrixxa lejn Iżrael.