​Regoli ta’ privatezza aktar stretti mill-Parlament Ewropew

Il-Parlament Ewropew ħabbar li ġew approvati regoli ta’ privatezza aktar stretti għall-kommunikazzjoni onlajn.
Fi stqarrija l-Parlament qal li l-liġi Ewropea tal-privatezza se tiġi aġġornata biex tkopri mezzi ġodda ta’ kommunikazzjoni. Intqal li se jiġu pprojbiti “cookie walls” li jimblokkaw aċċess għal siti elettroniċi jekk ma jkunx hemm, kunsens.
Skont il-Parlament, il-Membri Parlamentari jridu jżidu l-protezzjoni lejn ċittadini li jużaw applikazzjonijiet bħal Messenger, WhatsApp, Skype, u kull mezz ieħor ta’ komunikazzjoni elettronika.
Il-MPEs qalu li għandu jkun projbit ukoll l-ispjunar fuq apparat personali permezz ta’ “cookies” jew aġġornament ta’ softwer, kif ukoll it-traċċar ta’ persuni mingħajr il-permess speċifiku tagħhom permezz ta’ “hotspots” pubbliċi jew Wi-Fi fi stabbiliment kummerċjali. Saħqu li dejjem għandu jingħata l-kunsens biex tintuża data personali.
Il-kelliem ewlieni tal-Parlament, l-MPE Marju Lauristin qal li  “Il-privatezza elettronika tista’ tagħti vantaġġ kompetittiv lill-kumpaniji Ewropej u jgħinhom joħolqu mudell veru ta’ ekonomija diġitali, b’servizzi tal-ogħla kwalità, fiduċja tal-konsumatur, u għażla ħielsa”.