Reġoli ġodda tal-Frontex li jipprojbixxu l-pushbacks

Il-Parlament Ewropew approva regoli ġodda għall-Frontex dwar it-tfittxija u s-salvataġġ tal-immigranti irregolari.

L-Ewroparlamentari Maltin ivvutaw favur dan it-tibdil.
Dawn ir-regoli jiddefinixxu x’inhi emerġenza u jimpenja lill-Frontex isalvaw il-ħajjiet.
Dan għandu jgħin biex tispiċċa l-konfużjoni fuq interpretazzjonijiet differenti tal-liġi internazzjonali mill-pajjiżi membri.
B’dawn ir-regolamenti mhux se jkun possibbli li jsiru ‘pushbacks’ u l-Frontex se tkunu jistgħu biss iwissu jew jordnaw lill-bastimenti bl-immigranti biex ma jidħlu fil-baħar territorjali ta’ pajjiż membru fl-Unjoni Ewropea.
Il-membri tal-Parlament Ewoprew iċċaraw li immigranti m’għandhomx jintbagħtu lura f’pajjiż fejn hemm il-biża ta’ persekuzzjoni, tortura jew perikli oħra.
Raw ukoll li l-kaptan u l-ekwipaġġ tal-bastiment li jkun salva l-immigranti mill-baħar ma jingħatawx sanzjonijiet kriminali għaliex ikunu biddlu r-rotta tagħhom u ħaduhom f’post ieħor.
L-abbozz tar-regolamenti ġodda ġie approvat mill-Parlament Ewropew b’528 vot favur, 46 kontra u kien hemm 88 astensjoni.
Ir-regoli li diġa’ ġew maqbula informalment mill-Parlament u l-Kunsill Ewropew se jidħlu fis-seħħ fix-xhur li ġejjin.