Regoli ġodda li jrażżnu l-istreaming illegali

L-Awtorità ta’ Malta għall-Komunikazzjoni (MCA) tinsab fi proċess li tistabbilixxi regoli ġodda li l-għan tagħhom hu li jitrażżan l-istreaming illegali ta’ kontenut televiżiv f’postijiet pubbliċi.

Fl-istqarrija l-MCA tispjega li dan qed iseħħ biex il-konsumatur jirċievi dejjem servizz ta’ kwalità, u dan se jkun possibbli bil-qbil milħuq bejn il-GO Plc u l-Melita li għadhom kif nedew is-servizz Total Sports Network (TSN) li jinkludi l-Premier League Ingliż, l-FA Cup, is-Serje A Taljana u l-UEFA Champions League fost l-oħrajn.

L-MCA appellat biex sidien tar-ristoranti lokali, ħwienet ta’ divertiment, lukandi u stabbilimenti kummerċjali oħrajn jadottaw dan is-servizz jew sorsi leġittimi oħrajn.