Regoli ġodda għal min jidħol fl-Italja

A member of the medical staff in a protective suit treats a patient suffering from coronavirus disease (COVID-19) in an intensive care unit at the San Raffaele hospital in Milan, Italy, March 27, 2020. REUTERS/Flavio Lo Scalzo

Read in English.

L-awtoritajiet Taljani ssikkaw ir-regoli għal kull minn jidħol fil-pajjiż, kemm jekk hu barrani jew ċittadin Taljan.

Dan jgħodd għal kull min jidħol fil-pajjiż kemm mill-ajru, art jew baħar.

Mill-Ħadd, kull min jidħol fil-pajjiż irid imur f’kwarantina kif ukoll irid jinforma lill awtoritajiet fejn se jkun qed jagħmel din il-kwarantina.

Dawn ir-regoli jgħoddu għal kullħadd anki dawk li ma jkunux qed juru s-sintomi tipiċi tal-coronavirus.

Jekk dak li jkun ma jkunx jista’ jmur dritt mill-post fejn dahal fil-pajjiż lejn il-post fejn se jagħmel il-kwarantina, il-Protezzjoni Ċivili tiddetermina l-kif dan se jsir partikolarment fejn il-persuna se tinżamm f’kwarantina, bl-ispejjeżjitħallsu mill-persuna involuta.

Dan hekk kif il-Gvern Taljan għadu qed jipprova jsib tarf eluf kbar ta’ Taljani li jinsabu maqbuda x’imkien madwar id-dinja u jridu jirritornaw lura pajjiżhom.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn