Regoli ġodda dwar is-saħħa mentali tal-piloti

FILE PHOTO: A screen shows a picture of Andreas Lubitz during news conference of Guenter Lubitz in Berlin

Tliet snin wara l-ħabta tal-ajruplan tal-Germanwings fejn pilota waqqa’ ajruplan b’mod intenzjonat f’parti ta’ muntanja, il-Kummissjoni Ewropea adottat regoli ġodda dwar is-saħħa mentali tal-piloti.

Ir-regoli jitolbu lil-linji tal-ajru biex għall-ewwel darba jagħmlu evalwazzjoni psikoloġika tal-bdoti qabel ma jimpjegawhom.

L-investigaturi kkonkludew li l-pilota Andreas Lubitz deliberatament waqqa’ l-ajruplan A320 tal-Germanwings fi Franza fl-24 ta’ Marzu 2015. Hu qatel lill-150 persuna li kienu abbord.
Il-prosekuturi qalu li Lubitz kien qed isofri minn problemi mentali b’sintomi psikotiċi li wasslu għal ħsibijiet ta’ suwiċidju iżda kien ħeba l-marda tiegħu minn min iħaddmu, kumpanija li tagħmel parti mill-grupp Lufthansa.

Jekk għaddej minn tbatija u għandek ħsibijiet dwar suwiċidju ċempel lil Crisis Resolution Malta fuq 99339966. Issib professjonisti lesti biex jgħinuk 24 siegħa kuljum.