Regoli ġodda dwar il-ħlas b’lura tal-liċenzji tal-vetturi

Transport Malta qed terġa’ tniedi skema biex tirregolarizza l-ħlas b’lura tal-liċenzji tal-vetturi.

Dawk li għandhom f’isimhom vettura bil-liċenzja mhux imħallsa mhux se jkunu jistgħu jirreġistraw jew jittrasferixxu vettura oħra.

Sidien ta’ vetturi li jonqsu milli jġġeddu l-liċenzja tat-triq tal-vettura tagħhom, jistgħu jeħlu kontravenzjoni u jitnaqqsulhom bejn 3-6 punti fuq il-liċenzja tas-sewqan tagħhom.

Oħrajn li ma jħallsux il-liċenzja tal-vettura se jibdew jeħlu multa ta’ €10 kull xahar wara 90 ġurnata minn meta tiskadi l-liċenzja.  Vetturi fit-triq li l-liċenzja tagħhom skadiet b’iżjed minn 90 ġurnata se jittieħdu.

Transport Malta se tibgħat ittra lil dawk li ma ġeddux il-liċenzja biex ikunu infurmati.

L-iskema tapplika għall-vetturi kollha li ġew skrepjati, meqruda, misruqa jew iggaraxxjati, u s-sidien tagħhom naqsu milli jinfurmaw lil Transport Malta b’dan.

L-iskema tgħodd ukoll għal:

  • Vetturi skrepjati li s-sidien tagħhom ġew nieqsa u li l-eredi tagħhom irrinunzjaw it-testment;
  • Individwi li skrepjaw il-vettura u li huma residenti f’dar għall-anzjani, sptar jew istituzzjonijiet simili.

Għal iżjed informazzjoni tista’ tibgħat fuq arrears.tm@transport.gov.mt.