Regolamenti kontra l-coronavirus se jgħaddu f’seduta waħda

Miguela Xuereb

Iż-żewġ naħat tal-kamra qablu biex l-emendi mressqa mid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne dwar l-abbozz ta’ liġi li jemenda l-att dwar is-saħħa pubblika jgħaddi mill-istadji kollha tal-parlament f’seduta waħda.

F’pass bla preċedent liġi se tkun għaddiet mit-tliet stadji tal-kamra għada t-Tlieta. L-emendi jiġbru fihom numru ta’ regolamenti li joħorġu minn miżuri li ħa l-Gvern fit-tentattiv tiegħu li jeqred it-tixrid tal-imxija coronavirus.

Dawn huma regolamenti dwar l-Infurzar ta’ ordnijiet li jirrigwardaw il-kwarantina u l-iżolament ta’ persuni li għandhom dijanjosi; l-għeluq tal-postijiet miftuħa għall-pubbliku u s-sospensjoni ta’ avvenimenti organizzati; u l-għeluq tal-ħwienet ta’ bejgħ mhux essenzjali.

L-għanijiet ta’ dan l-abbozz, tgħid il-liġi, huma biex jikkjarifika u jevita dubju dwar l-ordnijiet li ħarġu mis-supritendenza tas-saħħa pubblika li jistgħu jitqiesu bħala prevenzjoni jew mitigazzjoni tal-mard għat-tixrid tal-mard infettiv f’kuntest ta’ emerġenza relatata mas-saħħa.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn