​Reġistru onlajn għall-persuni interdetti

Il-Ministeru għall-Ġustizzja qal li qed ikomplu jitniedu iktar riformi fis-settur ġudizzjarju fejn beda jitħaddem reġistru onlajn ta’ persuni interdetti u inabilitati.
Dan ir-reġistru onlajn se jkun aċċessibbli għal avukati, nutara u prokuraturi legali fuq is-sit eCourts.gov.mt.
B’hekk il-Ministeru qal li applikanti li sa ftit ilu kienu jħallsu €443 biex persuna tiġi interdetta jew inabilitata, issa mhux se jibqgħu jħallsu din il-miżata.